X’effetti jħalli l-mixi fuq il-ġisem?

Bosta jammettu li għandhom bżonn jagħmlu xi tip ta’ eżerċizzju sabiex isiru aktar f’saħħithom.  Madanakollu ħafna jaqtgħu qalbhom meta jaraw il-prezzijiet tal-gym jew klassijiet ta’ eżerċizzju.

Jekk verament tixtieq tonqos, tista’ tagħmel dan mingħajr ma tonfoq flus żejda billi timxi mixja kuljum.

Benefiċċji tal-mixi fuq is-saħħa fiżika

Il-benefiċċji tal-mixi fuq is-saħħa fiżika jinkludu:

  • Inqas riskju ta’ mard
  • Inqas risku ta’ attak tal-qalb
  • Jissaħħu l-qalb u l-pulmun
  • Għadam aktar b’saħħtu u tikseb aktar bilanċ
  • Jgħin fil-pressjoni, kolesterol u dijabete
  • Jonqos ix-xaħam fil-ġisem
  • Jonqos l-uġieħ fil-ġogi u l-muskoli
  • Aktar saħħa fil-muskoli

Benefiċċji tal-mixi fuq is-saħħa mentali

Il-benefiċċji tal-mixi fuq is-saħħa mentali jinkludu:

  • Jgħinek taħseb aħajar fuqek innifsek
  • Jgħinek tħossok aħjar
  • Jgħin fil-kwalità tal-irqad
  • Inaqqas l-istress, l-ansjetà u l-għejja

Kif tista’ tinkorpora l-mixi fir-rutina ta’ kuljum?

Minflok tiddedika ħin speċifiku għall-mixi tista’ tagħmel dan f’ħinijiet imqassma matul il-ġurnata li jiġu inkorporati mar-ruti tiegħek ta’ kuljum.

  • Tista’ timxi għax-xogħol jew għall-iskola
  • Timxi biex tmur tixtri minflok tuża l-karozza
  • Uża t-taraġ minflok lift
  • Organizza mixja minflok ħarġa ma’ xi ħbieb
  • Ħu lit-tfal l-iskola bil-mixi
  • Mur mixja ma sħabek jew mal-familja wara l-ikla ta’ filgħaxija

Kemm għandek tagħmel eżerċizzju kuljum?

Jekk ma tagħmel l-ebda tip ta’ eżerċizzju ibda bilmod u żid ftit ftit.

Kull adult għandu jimmira li jagħmel xiħaġa minn dawn minn kull ġimgħa:

  • Minn tal-inqas sagħtejn u nofs ta’ eżerċizzju moderat li jista’ jiġi mqassam f’sezzjonijiet ta’ 10 minuti jew aktar
  • Siegħa u kwarta ta’ eżerċizzju vigoruż
  • Jew taħlita tat-tnejn