X’effett se jħalli ritratt tal-5 Sorelle flimkien?

Ritratt: Ivan Borg

Hekk kif qed noqorbu lejn tmiem l-ewwel parti tal-ewwel staġun ta’ Sorelle li jixxandar fuq TVM kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-3pm, illum se nkunu nistgħu naraw episodju ieħor.

Bettina tagħti raġun lil Sister Angela. Min fejn kienet saret taf bl-informazzjoni? X’reazzjoni se jkollha Sister Angela meta Jodi tgħidilha li kienet se toħodha tgħix magħha d-dar tagħha?

X’se tagħmel Sister Angela x’ħin tara r-ritratt tal-ħames aħwa flimkien? X’se jiġri meta se tidħol fil-kamra tas-sodda l-ġdida tagħha?

Lil min se ċċempel Jodi?

Sorelle jkompli għada l-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru u jieqaf għal ġimagħtejn. Il-puntati l-ġodda ta’ din is-sensiela b’kitba ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind, tkompli tixxandar mit-Tnejn 6 ta’ Jannar.