“X’dulur kbir ħallejt warajk” – omm Alashia li mietet sena ilu

Omm iċ-ċkejkna Alashia Azzopardi, tifla ta’ 13 li s-sena l-oħra tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku, ħalliet messġġ imqanqal lil bintha u spjegat kif ħalliet dulur kbir warajha, u dieqa fost il-familja.
Spjegat kif Alashia kienet tifla indipendenti, li jħobbha kulħadd, dejjem tidħak u tal-affari tagħha. 
Stqarret li kellha tbissimha mill-isbaħ u għajnejn li jkellmuha. 
Minkejja li għaddiet sena mill-ħasda tal-mewt ta’ bintha, tgħid li ma tistax temmen li bintha m’għandiex magħha.
Intant, illum saret Quddiesa għal għeluq is-sena tal-mewt ta’ Alashia fil-Knisja ta’ San Lawrenz fil-Birgu.
Alashia kienet tilfet ħajjitha meta l-karozza li kienet fiha ma' xi ħbieb tagħha ħabtet head-on ma’ karozza oħra.