X’dieta għamel il-Prinċep Harry qabel it-tieġ?

Il-Prinċep Harry qiegħed fuq dieta stretta, u saħansitra stqarr li neħħa għal kollox il-pizza mid-dieta tiegħu, bi preparazzjoni għat-tieġ.
Skont il-midja internazzjonali, id-dieta li qed jagħmel tikkonsisti f’konsum ta’ ikel mhux ipproċessat bħal frott, ħaxix u ross, li ma fihx zokkor, melħ u żjut miżjuda. 
Tfajla barranija ddeskriviet l-esperjenza tagħha wara li ppruvat id-dieta tal-Prinċep għall-ħamest ijiem. 
Stqarret li wara erbat ijiem fuq din id-dieta ma baqgħetx taqgħalha żaqqa għall-ikel mhux tajjeb għas-saħħa. 
Sa ma spiċċat l-isfida, id-dieta tant daħlet fis-sistema tagħha, u rat benefiċċji minnha, li spiċċat, bla ma taf hi stess, kompliet id-dieta.