X’deċiżjoni se jieħdu Ashley u Glenn?

Ashley u Glenn iddeċidew li jmorru jgħixu għal rashom. X’se jgħidulhom Brenda u Kristianne? Decelis jibgħat għal Manwela għaliex xtaq ikellimha. Iżda dwar xiex? X’se jiġri meta jgħidilha biex tistennieh barra l-uffiċċju tiegħu għaliex jixtieq ikellem lil Chetcuti waħdu?

Min se jirrispondi l-mobile ta’ Valentina? X’se jgħid? U hi għaliex inħasdet?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315 mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm. Is-sensiela, bi produzzjoni ta’ Rewind, għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.