X’bidliet se jġib Robert Abela bħala Prim Ministru?

Robert-Abela

Fil-programm tal-lum nanalizzaw numru ta’ żviluppi u affarijiet li għaddejjin fix-xena lokali, fosthom it-tibdil fil-Kabinett b’riżultat tal-ħatra ta’ Robert Abela bħala l-Prim Ministru l-ġdid ta’ Malta. L-ewwel kollegament mal-kollega Sephora Francalanza minn Newsbook.com.mt biex taġġorna lis-semmiegħa bl-aħħar żviluppi dwar dan. Iddiskutejna d-diversi rwoli fil-Parlament Malti u l-ħatriet differenti tal-Kabinett il-ġdid, fejn rajna wkoll it-tqassim tad-diversi karigi u portafolli.

Wara kellna intervent minn Matthew Xuereb biex jagħtina l-ewwel reazzjonijiet dwar il-karigi l-ġodda, u ddiskutejna jekk l-għażla ta’ Robert Abela kinitx konformi mal-premessa ta’ kontinwità li ddikjara huwa stess, jew kinitx indikazzjoni ta’ bidla radikali fil-kabinett.