X’beħsiebhom jagħmlu s-Sorelle?

Sorelle jkompli llum fit-3pm fuq TVM. Illum naraw x’beħsiebhom jagħmlu s-Sorelle.

Immorru fil-kamra ta’ Matthew fejn narawh jitkellem ma’ Janice fuq dak li kien għadda ma’ Liana. X’kien talabha ġġibu lil Liana?… u għaliex?

Fejn se jmur Sully u min kien qed isegwih? X’se jkollu f’idejh? Lorraine fejn se tmur?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa u għandu produzzjoni ta’ Rewind.