Xbajt tirċievi invites għal logħob fuq Facebook?

Mark Zuckerberg wiegħed li dalwaqt jieqfu l-invites għal-logħob fuq Facebook.
Il-fundatur tal-Facebook qal dan wara li f’konferenza fl-Indja, l-aktar mistoqsija popolari li ġie mistoqsi kienet meta se jieqfu jirċievu stediniet biex jilagħbu Candy Crush Saga.
Zuckerberg qal li mill-ewwel tkellem mat-tim tiegħu biex jara x’jista’ jsir.
Spjega li hemm għodod li mhumiex aġġornati u li qed iħallu lil persuni jibagħtu stediniet lill-oħrajn li qatt ma lagħbu l-logħba.
Saħaq li peress li tidher li hi prijorità għall-utenti tal-Facebook, se tkun prijorità għall-kumpanija wkoll.
Jidher li se jkunu biss dawk il-persuni li jilagħbu l-logħob fuq Facebook li se jibqgħu jirċievu l-istediniet, flimkien ma’ aktar punti u aktar ħajjiet.