Xbajt nara ħaddiema li mhux jimxu mal-linji gwida – it-tabib Michael Spiteri

It-tabib tal-emerġenza Michael Spiteri qal li għejja jara ħaddiema fil-ħwienet u r-ristoranti li ma jimxux mal-linji gwida b’rabta mal-coronavirus.

Fuq Facebook Spiteri qal li jekk is-sitwazzjoni taqleb għall-agħar, in-nies jgħixu mingħajr ir-ristoranti imma li n-negozji tagħhom ma jkampawx mingħajr klijenti.

Dr Spiteri appella lis-sidien tan-negozji biex jgħinu lill-pubbliku biex in-negozji tagħhom jibqgħu għaddejjin u biex iżommu l-ħwienet tagħhom “COVID free”.

To shop, restaurant owners etc. Fed up seeing staff members not adhering to public health guidelines with respect to…

Posted by Michael Spiteri on Tuesday, July 28, 2020