Xavier kapaċi jżomm l-Ordni fuq saqajha?

It-tieni episodju mis-sensiela Xablott li nħadmet fl-2011 se tixxandar illejla fid-9pm fuq l-istazzjon One.

Fl-episodju tal-lejla Audrey terġa’ tiltaqa’ ma’ Leo, il-ġuvni li kien laqatha għall-maturità kbira li għandu. Il-ġibda bejn dawn iż-żewġ żgħażagħ hi tant evidenti li twassal lil Leo biex jerġgħu jiltaqgħu dakinhar.

Sadattant il-Pulizija tirċievi casette tape li jikxef il-pjanijiet kriminali tas-Sanglier Noir. Waqt din l-operazzjoni delikata, Mauro jirċiei telefonata anonima mingħand tfajla li tgħidlu li lesta ttih aktar informazzjoni dwar il-qtil ta’ ħuh Neil.

Fl-istess waqt il-Baruni Xavier isib ruħu jipprova jikkonvinċi lill-Gran Mastru fi franza li kollox jinsab taħt il-kontroll tiegħu bħala l-mexxej ewlieni tas-Sanglier Noir f’Malta.

Iżda l-Gran Mastru tassew hu konvint li l-Baruni għandu l-kapaċità biex iżomm l-Ordni fuq saqajha?

Kif se tiżvolġi s-serata ta’ Leo u Audrey?

Ludwig Farrugia, Steffan Cheriet Busuttil, Floren Sultana, Christian Scicluna, John Peel, Michela Borg Brincat, Mark Doneo, Karen Cachia, Rebecca Bartolo, Lilian Ciappara , Larissa Bonaci u Neville Refalo huma fost l-atturi protagonisti f’din is-sensiela romantika bi sfond kriminali li għandha kitba ta’ Audrey Brincat Dalli u Steve Dalli.