Xarrbulu daqqa ta’ ponn fil-Gżira wara l-logħba tal-Ingliżi

Waqt il-logħba tal-kwarti tal-finali; Kroazja kontra l-Ingilterra, raġel Għawdxi sofra xi ġrieħi f’wiċċu wara li qala’ daqqa ta’ ponn minn partitarju li kien qed jara l-logħba fil-Gżira.

Il-pulizija kkonfermat li nqalgħu xi argumenti qrib il-World Cup Village fil-Gżira hekk kif l-Ingliżi dehru li se jitilfu l-logħba.

Wieħed mill-ħbieb tal-vittma qal fuq grupp ta’ facebook li waqt li kienu mixjin għall-affari tagħhom lejn stabbiliment tal-ikel, sieħbu laqqat daqqa bla ħsieb minn partitarju Ingliż. Huwa qal li f’Malta mhux postha l-vjolenza relatata mal-futbol. Huwa żied jgħid li n-nuqqas ta’ persuni tas-sigurtà fuq il-post huwa inkwetanti.