“Xarba tikwi tista’ tikkawża kanċer”

L-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer ikklassifikat ix-xarbiet li jaħarqu ħafna bħala karċinoġeniċi, jiġifieri li jistgħu jikkawżaw kanċer.
Irreferiet għal xarbiet b’temperatura ta’ ‘l fuq minn 65 grad celsius, iżda qalet li t-te u l-kafè mhux normali li jinxtorbu f’dawn it-temperaturi.
Ir-riċerkaturi qalu li dawn ix-xarbiet jistgħu jwasslu għal kanċer tal-esofagu, daqs il-prodotti tat-tabakk u l-konsum eċċessiv tal-alkoħol.
Dwar il-kafè, l-istudju juri li l-kaffeina fiha inqas riskju, anzi saħansitra taf tnaqqas ir-riskju tal-kanċer minħabba ċertu antiossidanti.
Madanakollu l-konsum esaġerat tal-kaffeina jikkawża fost l-oħrajn uġigħ ta’ ras, insomnja u problemi diġestivi.
Esperti saħqu li sabiex wieħed inaqqas ir-riskju tal-kanċer, għandu jżid il-frott u l-ħaxix.