Xarba tal-lumi

Ingredjenti

kikkra u nofs zokkor

8 kikkri ilma

kikkra u nofs meraq tal-lumi

Metodu

F’kazzola ħawwad flimkien iz-zokkor u kikkra ilma. Saħħan sakemm jagħli u ħawwad biex idub iz-zokkor. Ħalli jiksaħ imbagħad għatti l-kazzola u daħħalha fil-friġġ biex tiksaħ sew.

Neħħi ż-żerriegħa mil-lumi imma ħalli l-polpa.

F’buqar ħallat flimkien it-taħlita taz-zokkor kiesħa mill-friġġ, il-meraq tal-lumi u s-7 kikkra l-oħra tal-ilma.

Biex toħroġ kemm tista’ meraq mil-lumi poġġihom fl-ilma sħun għal madwar 10 minuti. Oħroġhom mill-ilma u rromblahom fuq wiċċ ta’ mejda. Agħsarhom wara.