Xarba kiesħa tad-dulliegħ

Ingredjenti

1kg dulliegħ, bla żerriegħa u qoxra, imqatta’

meraq ta’ nofs lumija

weraq tan-nagħniegħ, biex isservi

Metodu

Għaffeġ id-dulliegħ u żid il-meraq tal-lumi.

Għaddi t-taħlita minn passatur waqt li tagħfas fuqha biex tieħu l-meraq kemm tista’.

Ferragħ l-meraq fit-tazzi bis-silġ u żejjen bil-weraq tan-nagħniegħ.