Xarba għal kontra r-riħa fil-ħalq wara kebab

Ħafna żgħażagħ minn madwar id-dinja jħobbu jieħdu xi kebab darba kultant. Iżda dejjem tibqa’ l-problema ċkejkna li wara li tittiekel, tħalli rieħa u togħma qawwija ta’ tewm jew basal.

Għalhekk, tliet żgħażagħ Ġermaniżi vvintaw bibita apposta biex tikkumbatti r-riħa mhux tant pjaċevoli ta’ wara kebab.

Ix-xarba alkoħolika tikkonsisti minn qronfol, ġinġer, mint u lumi. Minkejja l-isforzi, xjentisti fil-Ġermanja qed jgħidu li r-riżultat ta’ din ix-xarba, mhumiex konklussivi.

Papa Turk, kif inhu l-isem tax-xarba, hija msemmija wara kebab house popolari ħafna fil-Ġermanja u s’issa diġa inxtraw mal-10,000 flixkun.