Xarabank tiskiddja fl-Imsida

Xarabank skiddja fit-Triq Reġjonali fl-Imsida. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-16.40. Ix-xarabank skiddja fit-triq direzzjoni lejn il-Kappara.

Kelliema għall-Pulizija ikkonfermat ma’ Newsbook.com.mt u qalet li ħadd ma weġġa’ fl-inċident. Parti mit-triq kienet magħluqa għal xi ħin minħabba dan l-inċident.