Karozza tal-linja tieħu n-nar fiċ-Ċirkewwa

3 karozzi Nar Ħal Qormi Protezzjoni Ċivili

Karozza tal-linja ħadet in-nar fiċ-Ċirkewwa kmieni dalgħodu, iżda ma weġġa’ ħadd.

Kelliema għall-Pulizija infurmat lil Newsbook.com.mt li fil-5.30am, kien hemm karozza tal-linja tal-Malta Public Transport li ħadet in-nar fil-Marshalling Area qrib it-terminal tal-vapur għal Għawdex. Ġol-karozza kien hemm biss ix-xufier, li ma ndarabx.

Fuq il-post marru uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili li rnexxielhom jitfu n-nar fil-ħin.

Stqarrija tal-Malta Public Transport tgħid li ġiet attivata proċedura ta’ emerġenza, u t-tim tal-kumpanija qiegħed fuq il-post biex jagħti l-assistenza meħtieġa.