Xarabank jaqa’ fuq żagħżugħ f’Ħal Luqa

Xarabank waqa’ fuq żagħżugħ ta’ 25 sena li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ tiswija taħtu f’Ħal Luqa.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ meta s-sistema tal-hydraulics falliet. Din kienet qed iżżomm lix-xarabank.

L-inċident seħħ fi Triq il-Vittmi tal-Gwerra għas-7 pm. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post. Iż-żagħżugħ li huwa minn Ħal Luqa ttieħed l-isptar Mater Dei.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.