Filmat: Xarabank tal-lejla b’risq id-Dar tal-Providenza

Bħalissa għaddej il-programm televiżiv Xarabank li qed jiġbor fondi għad-Dar tal-Providenza. 
Ftit ħin ilu, l-Arċisqof Charles Scicluna żar il-programm fejn qal li anke għal Damian biss, tfajjel li għandu 16-il sena u li għamel aktar minn mitt operazzjoni, huwa tajjeb li tingħata l-għajnuna lid-Dar tal-Providenza.
Illejla Xarabank sellem ukoll lil Doris, mara ta’ 96 sena nieqsa mid-dawl li mietet sitt xhur ilu, u li ta’ kull sena kienet tmur twieġeb it-telefowns għad-Dar tal-Providenza.
Kull min jixtieq jgħin jista’ jagħmel dan billi jagħti d-donazzjoni tiegħu fuq dawn in-numri:
Ċempel: €25 51802013 €50 51902070 
SMS: €6.99 50618944
Pleġġ ta' €500 jew iktar: 21249200

Ritratti: Xarabank – Facebook