Aġġornata bil-filmat: Bendy Bus oħra taqbad fix-Xemxija

Bendy Bus oħra tal-kumpanija Arriva ħadet in-nar qrib ir-roundabout tax-Xemxija.

Skond il-pulizija, jidher li l-karozza kienet mimlija passiġġieri. Il-karozza ħadet in-nar għall-ħabta tan-nofsiegħa.

Din hi t-tielet bendy bus li ħadet in-nar f'temp ta' ftit sigħat.

Matul il-lejl ta' bejn nhar is-Sibt u l-Ħadd li għadda Bendy Bus ħadet in-nar u nqerdet maġenb l-Uffiċċju tal-Maltapost fil-Marsa.

Ftit sigħat wara imma fil-Mellieħa, Bendy Bus li kienet fid-direzzjoni lejn l-Għadira.

Mill-bidu tas-sena s'issa, b'kollox ħadu n-nar 9 vetturi tal-Arriva.

 

Ritratt u Filmat: Malta Diżastru Totali