Xarabank jagħti €14,500 għall-karità kuljum

Erba’ programmi, 12-il siegħa u mitt ġurnata. Għat-tim ta’ Xarabank, għal 11-il għaqda u għall-poplu Malti u Għawdxi dawn ifissru mal-€1.5 miljun.
Fil-programm Xarabank, ilbieraħ inġabru €100,000 b’risq sitt għaqdiet: Is-Sorijiet ta’ Ħal Tarxien li nħarqilhom parti mill-kunvent, il-Fondazzjoni Inspire, il-Fondazzjoni Richmond, Dar il-Kaptan, l-Assoċjazzjoni tal-Awtiżmu u l-Fondazzjoni Arka.
Dan minbarra programmi speċjali għal Puttinu Cares, għal 3 għaqdiet fi ħdan il-Mission Fund, u għad-Dar tal-Providenza.
B’hekk għal dawn il-11-il għaqda nġabru €1,453,000, jew medja ta’ €14,500 kuljum.