Xandiriet speċjali għall-Elezzjonijiet fuq Newsbook.com.mt

Bejn għada u l-Ħadd Newsbook.com.mt se jkun qed iwassal xandiriet kontinwi ta’ dak li se jkun għaddej kemm waqt il-jum tal-votazzjoni kif ukoll mis-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar.

Tim sħiħ ta’ ġurnalisti u tekniċi se jkunu fuq quddiem nett biex fil-jiem li ġejjin iwasslu l-aħħar aħbarijiet dwar l-elezzjonijiet Ewropej u tal-Kunsilli Lokali.

Jum il-Votazzjoni

Is-Sibt se nkunu qed inwasslu kollegamenti LIVE minn diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex qrib il-postijiet tal-votazzjoni. Dawn jibdew fis-7am u jibqgħu għaddejjin kull siegħa sal-11pm fejn fis-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar jibdew jinfetħu l-kaxxi tal-voti.

Fid-9am jibda l-programm Newsline mmexxi minn Fr Joe Borg.

L-Għadd tal-Voti

Il-Ħadd imbagħad jibda programm speċjali fuq Newsbook.com.mt mis-7am sal-10am ippreżentat minn Fr Joe Borg u Sylvana Debono b’interventi minn diversi opinjonisti.

Il-kollegamenti LIVE mis-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar ikomplu waqt il-programm li fih huma mistennija jitħabbru l-ewwel indikazzjonijiet tar-riżultat hekk kif ikunu qegħdin jiġu skenjati l-ewwel voti mil-lokalitajiet kollha.

Il-programm speċjali tal-Ħadd ikompli fl-10pm, il-ħin li fih il-Kummissjoni Elettorali mistennija tħabbar ir-riżultat uffiċjali u jsiru magħrufa s-sitt rappreżentanti ta’ Malta fil-Parlament Ewropew.

AQRA: Is-soltu joħroġ fi 3 ijiem; issa f’inqas minn 3 minuti