Xalata ta’ mużika waqt Tomorrowland f’Malta

Matul dan il-wikend Malta se tingħaqad ma’ tmien pajjiżi oħra fi spettaklu mużikali tal-festival Tomorrowland.
Il-Festival beda l-ġimgħa l-oħra fil-Belġju u għall-ewwel darba se jingħaqad ma’ tmien pajjiżi differenti.
Il-Marsa Sports Grounds libsu l-libsa ta’ arena biex għada jittella’ dan il-festival.
Ix-show se jibda mis-2pm u jibqa’ għaddej sas-2am. Matul dan il-ħin se jkun hemm DJs lokali u internazzjonali li l-ewwel se jdoqqu l-Belġju mbagħad jiġu Malta.
F’Malta se jiġu tliet DJs ta’ fama internazzjonali: Laidback Luke, DJ Snake u DVBBS. Flimkien magħhom se kunu hemm DJs Maltin.
Fil-Belġju biss dan il-Festival jattira mal-360,000 ruħ.