Xalata ta’ Kitba fit-toroq taċ-Ċittadella

Iċ-Ċittadella laqgħet fiha sessjoni ta’ Xalati ta’ Kitba li ġiet organizzata mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.
Din l-inizjattiva tikkonsisti f’esperjenza ta’ kitba kreattiva għall-familji f’atmosfera rilassanti u ta’ pjaċir.
Għal dan il-proġett kien hemm żewġ gruppi ta’ tfal bejn is-7 u t-12-il sena, wieħed bl-Ingliż u ieħor bil-Malti.
Intant il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana żaret sessjoni minnhom.
Hija saħqet kif inizjattivi bħal dawn huma esperjenza pożittiva ta’ tagħlim interattiv li t-tfal qed jagħmlu mal-għalliema flimkien mal-familji tagħhom.
Ix-“Xalati ta’ Kitba” huma bla ħlas u jkunu organizzati f’diversi siti u lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.