Xahrejn ħabs għal ħames brieret

Read in English.

Pollakk ta’ 37 sena bla post fiss fejn joqgħod kien ikkundannat xahrejn ħabs wara li ammetta li seraq ħamest ibrieret minn ħanut mill-Mellieħa – ‘Kenneth’s Gift Shop’.

Michael Lukasz Nowak ammetta li fil-5 ta’ Awwissu li għadda seraq dawn il-brieret għad-dannu ta’ Charmaine Mifsud.

Hu ttella’ l-qorti talli ma ħallasx multa li tammonta għal €2,300 bħala parti mill-kundanna ta’ sentenza simili li kellu fil-passat.

Nowak tressaq quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello mill-Ispettur Clayton Camilleri u għalih kellu jidher l-Avukat Joe Brincat.