Xahrejn ċans biex tgħid tiegħek dwar il-junk mail fid-djar

Tnediet konsultazzjoni pubblika dwar il-volumi ta’ fuljetti u materjal ieħor mhux nixtieq li nirċievu fid-djar.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat qal li biex wieħed jindirizza din il-problema jrid isib bilanċ bejn li jnaqqas l-iskart  u l-inkonvenjent għall-familji, filwaqt li jissalvagwardja l-impjiegi fl-industrija tal-istampar, ir-reklamar u t-tqassim.
Il-proċess ta’ konsultazzjoni mistenni jieħu xahrejn u jiġi segwit b’laqgħat mal-imsieħba konċernati u mal-Oppożizzjoni.