X’aħbar se tingħata fuq dawk li mietu f’Dar l-Anġli?

Sorelle jkompli llum fit-3pm fuq TVM u se nkunu qed naraw lil Lorraine iċċempel lil Jodi b’aħbar dwar dawk li kienu mietu F’Dar l-Anġli. X’se tissuġerixxi Angela u s-Sorelle se jkunu qed jaqblu magħha jew le?

Maxine tmur għand Janice. X’taħseb fuq dak li Gina saret taf dwar Samantha? Għaliex iċemplilha Vince? X’se tgħidilha Janice dwar Frederick?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa u għandu produzzjoni ta’ Rewind.