Xahar u nofs ta’ attivitajiet sportivi f’Għawdex

Ġie imniedi il-Festival tal-Isport f’Għawdex mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana. F’dan il-festival, li se jseħħ mill-ewwel ġimgħa ta’ Mejju sa’ nofs Ġunju, se jipparteċipaw sportivi minn 27 dixxiplina ta’ sport differenti.
Uħud minn dawn id-dixxiplini qed jipparteċipaw għall-ewwel darba f’dan il-festival li jiġi organizzat kull sena.
Matul tmiem il-ġimgħa kollha, diversi irħula Għawdxin se jkunu qed jilqgħu varjetà ta’ dixxiplini sportivi.
Il-Ministru Caruana qalet li “Għawdex se nittrasformawh f’vetrina tal-isport u kultura biex inkomplu nsaħħu t-turiżmu f’din il-gżira”.
 F’dan il-festival se jkun hemm diversi attivitajiet sportivi differenti, fosthom tornew tal-futbol tan-nisa u taċ-ċess, kompetizzjonijiet tal-isparar bil-pistoli u sparar għall-plattini, festival tal-ispecial olympics, ċikliżmu, atletika, tennis, muturi, u tiġrijiet taż-żwiemel.
 Dan il-festival jiġi organizzat  mill-Bord tal-Isport  t’Għawdex, b’kollaborazzjoni mal-istess Ministeru.
Ritratt: DOI – Terry Camilleri