Xahar ta’ attakki fis-Sirja jfisser 550 vittma

Fl-aħħar xahar ta’ attakki mill-ajru fuq is-Sirja, tilfu ħajjithom aktar minn 550 persuna.  Il-maġġor parti tal-vittmi, madwar 460 persuna kienu ġellieda tal-Istat Iżlamiku.
32 kienu persuni ċivili fosthom sitt itfal u ħames nisa. F’dawn l-attakki, inqatlu wkoll 57 membru tan-Nusra Front affiljati mal-grupp terroristiku Al Qaeda.