Xahar nieqes: il-Pulizija terġa’ tappella għall-informazzjoni

Il-Pulizija qed terġa' tappella għall-informazzjoni dwar Francis Cauchi, ta' 54 sena, li kien irrapurtat nieqes fil-11 ta’ Settembru li għadda. 
Ir-raġel, li għandu għajnejh kannella u xagħru griża u qasira, kien liebes qalziet blu u flokk aħmar meta deher l-aħħar.
Il-Pulizija qed titlob lill-pubbliku biex jekk xi ħadd ikollu xi informazzjoni dwaru, jgħaddihielha, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numru 2122 4001 jew 119, inkella fl-eqreb għassa.