“Xahar ieħor jasal l-ikbar rigal” – Richard u Raisa

Ritratt: Facebook/RaisaMicallef

Dan il-Milied kien wieħed mill-isbaħ għall-koppja Richard u Raisa Micallef hekk kif iċċelebrawh mal-familja u ovvjament maċ-ċkejken Benjamin li twieled fi Frar tal-2018. Għaċ-ċkejken dan kien it-tieni Milied.

Issa l-koppja Micallef qed iħejju biex fi ftit ġimgħat oħra jiżdiedu u din id-darba jidher li se jkollhom tifla!

“Il-Milied tal-2019 kien wieħed fantastiku iżda l-ikbar rigal se jkun qed jasal fi żmien xahar meta jekk Alla jrid nilqgħu lil Ella f’din id-dinja,” kitbet Raisa fuq il-paġna tagħha fuq Facebook.

Ritratt: Facebook/RaisaMicallef

Awguri Richard u Raisa!