Xahar biss bogħod mill-bidu ta’ X Factor Malta

X-FACTOR-MALTA-2

Wara li tlestew l-auditions u l-iffilmjar ta’ Bootcamp, PBS ħabbar meta se jkun qed jibda’ t-tieni staġun ta’ X Factor Malta. Bħal-lum xahar X Factor se jibda bl-ewwel programm mit-tieni staġun.

Jekk l-istaġun se jkun qed jimxi bl-istess mod ta’ kif mexa s-sena l-oħra, jista’ jkun li l-finali se ssir nhar il-25 ta’ Jannar tal-2020.

Din is-sena inżammu l-istess ġurija, iġifieri Ira Losco, Howard Keith Debono, Ray Mercieca u Alexandra Alden. Jippreżenta se jerġa’ jkun hemm Ben Camille.