Xagħra United jirbħu l-BOV GFA 2nd Division

Xagħra United kisbu draw ta’ 1-1 fl-aħħar logħba tagħhom għal dan l-istaġun sabiex żammew posthom fl-ewwel post tal-klassifika. Il-punt miksub kontra Sannat Lions fisser li Xagħra United huma r-rebbieħa tal-BOV GFA 2nd Division.

Samuel Azzopardi, il-President tal-Gozo Football Association, u Horace Laudi, Chief Officer fi ħdan il-Bank of Valletta, ippreżentaw it-trofew u l-midalji lir-rebbieħa.