Xagħar abjad iżid ir-riskju t’attakk tal-qalb

Studju ġdid juri li jekk ikollok xagħar abjad f’età żgħira, għandek riskju għola li ssofri attakk tal-qalb.
Xjentisti skoprew li l-bjudija fix-xahar minn età żgħira jista’ jindika riskju għola tal-ħsara fl-arterji li jissupplixxu lill-qalb bid-demm.
Huma jemmnu li mekkaniżmi bioloġiċi li jwasslu għall-mard fl-arterji koronarji huma wkoll responsabbli għall-bjudija tax-xagħar.
Dawn jinkludu tiswija tad-DNA, l-istress ossidattiv, infjammazzjoni, bidliet ormonali u t-twaqqif tat-tkabbir taċ-ċelluli.
Fl-istudju kienu studjati 545 raġel.
L-istudju kien ippreżentat ilbieraħ waqt EuroPrevent 2017, il-laqgħa annwali tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kardloġija Preventiva, li qed issir f’Malaga fi Spanja.