Zoo fil-Ġermanja nħakem minn nirien li wasslu biex inqatlu kważi x-xadini kollha.
Għall-ewwel Krefeld Zoo qal li l-annimali kollha nqatlu, imma aktar tard irrapporta li salvaw tnejn. L-inċident seħħ ftit wara nofsillejl.
In-nirien fiz-zoo, li hu kbir mal-2,000 metru kwadru, ġew ikkawżati minn fanali Ċiniżi li jintużaw bħala dekorazzjonijiet fl-Ewwel tas-Sena. Fil-Ġermanja dawn il-fanali huma meqjusa bħala periklu.
Kelliem għaz-zoo qal li kien “miraklu” li salvaw Bally u Limbo, li weġġgħu ftit u jarawhom il-veterinarji.