X’waħħal it-traffiku f’Għawdex?

Kienu ħafna li lbieraħ garrew dwar il-kjuwijiet twal għall-vapur minħabba t-theddida ta’ bomba fuq wieħed mill-vapuri.
Imma sewwieq f’Għawdex sab traffiku mod ieħor, fi trejqa fl-Għarb, fejn kien għaddej ragħaj bin-nagħaġ tiegħu.
Dan il-mument inqabad mill-fotografu Għawdxi Daniel Cilia, u pront pront in-nagħaġ fl-Għarb saru popolari mhux biss mal-Għawdxin u l-Maltin, imma anke mal-barranin.
Ritratt: Daniel Cilia