X’temp se jġib miegħu Settembru?

Hekk kif Awwissu wasal fi tmiemu, it-temperatura jidher li se tibda ċċedi wkoll.
Dan hekk kif illum mistennija tilħaq il-35°C u tinħass 38°C.
Skont is-sit FirstMalta, mal-lejl massa ta’ arja kiesħa li qed tippressa l-massa ta’ arja sħuna, li qed tippersisti fuq il-Mediterran, mistennija tniżżel it-temperatura f'daqqa fil-Gżejjer Maltin.
Dan se jwassal biex għada l-ogħla temperatura tilħaq 31°C u tinħass 34°C.
Jidher li t-temperaturi se jibqgħu viċin it-30°C jew 31°C fil-ġranet li ġejjin.