X’se tagħmel għada Emma? X’qed jgħidu dwarha?

Waqt l-isfida ta’ għada bejn Emma Muscat u Carmen, li ħafna qed jistennew b’tant ansjetà, Emma se tkun qed tkanta mal-kantanta famuża Taljana, Arisa.
Dan ġie żvelat illum, fl-istess ħin meta tħabbar li Carmen se tkun qed tkanta mal-vinċitriċi ta’ Amici, Emma Marrone. 
Aktar tard, kemm Emma, kif ukoll Carmen se jkollhom l-opportunità li jkantaw ma’ Il Volo, il-grupp ta’ tliet tenuri li apparti li huma famużi fl-Italja, kienu għamlu kunċert kbir f’Malta.
F’filmat fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Amici, il-preżentatur Taljan Jerry Scotti spjega li hu jippreferi lil Carmen, minkejja li jemmen li Emma għandha talent straordinarju. 
Min-naħa l-oħra, kien hemm personaġġi oħrajn li sostnew li Emma għandha talent akbar minn dak ta’ Carmen u għaldaqstant għandha tkun hi li tibqa’ parti minn din il-kompetizzjoni.