“Allaħares ħaditha t-tifla minfloki” – Omm li kielet frotta infestata bil-bajd tal-brimb

Omm ta’ sitt itfal qalet li taħlef li mhix se terġa’ tiekol frotta oħra f’ħajjitha wara li kienet qed tiekol waħda u sabitha infestata bil-bajd tal-brimb.
Lorraine Wall, omm ta’ 38 sena minn Merseyside fir-Renju Unit qalet li ħadet qatgħa kbira x’ħin ħadet gidma mill-banana li kienet għadha kemm bdiet tiekol u ħasset xi ħaġa tqarmeċ hi u tigdem.
Meta ġiet eżaminata l-frotta li kienet inxtrat minn supermarket rinmoat kien konfermat li din kienet infestata bil-bajd tal-brimb.
Wall qalet li hi diġa kienet toqgħod attenta għal dawn l-affarijiet u li qabel tiekol banana dejjem taqta t-trufijiet qabel, madanakollu x’ħin ħasset t-togħma stramba u tqarmeċ ħasbet li forsi l-frotta ma kienetx misjura biżżejjed.
Għalkemm stqarret li  llum-il ġurnata ġieli tiċċajta dwar dak li ġara, mal-midja internazzjonali Wall qalet li għamlet żmien inkwetata li l-bajd kien se jfaqqas fl-istonku tagħha u kienet baqgħet thewden li allaħares ħaditha t-tifla minflokha.