X’sar mill-ħanini ta’ Huan Huan?

Fiz-zoo ta’ Beauval fiċ-ċentru ta’ Franza, il-panda Huan Huan welldet tewmin fil-bidu t’Awwissu li għadda, iżda sfortunatament wieħed mit-tewmin miet ftit wara.
B’xorti tajba, l-ieħor għadu ħaj u jidher li sejjer tajjeb.
Huan Huan u s-sieħeb tagħha Yuan Zi jinsabu jgħixu fi Franza wara ftehim li sar fl-2012 bejn ic-Ċina u Franza, biex dawn l-annimali rari jgħixu għal 10 snin hemmhekk.