X’qed nistennew nhar il-Ħamis?

Erħilek milli taħsel il-karozza jew it-twieqi għax skont SKIRON (l-Uffiċċju Meterjoloġiku ta’ Ateni) ħafna trab ġej fuq Malta, lejn iċ-ċentru tal-Mediterran.
Skont ma’ qed ibasru Skiron nhar il-Ħamis l-ajru se jkun imċajpar, bis-sema mimlija partiċelli tat-trab li se jiġu mid-deżert Sahara.
Skiron qal li dan se jseħħ minħabba li Malta se tinqabad bejn pressjonijiet għoljin min-naha tal-lvant tal-Mediterran u pressjonijiet baxxi min-naħa tal-Italja u l-Alġerija.
Ir-riħ mix-xlokk mistenni jgħolli t-temperaturi wkoll.
Sors: First Malta