Kif se jolqot lit-tfal tiegħek l-istrajk tal-għalliema?

Qabel ma jistrajkjaw fit-8 ta' Novembru, min-nhar it-Tnejn li ġej, l-għalliema mhux se jkunu qed jagħmlu numru ta' affarijiet. 
Skont ċirkolari li ntbagħtet lill-għalliema mill-Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT), li ra Newsbook.com.mt, l-għalliema mhux se jkunu qed:

  • iwieġbu telefonati
  • iwieġbu imejls
  • ma jattendux laqgħat mal-ġenituri li kienu diġà ppjanati
  • mhux se jiktbu rapporti tal-assessjar
  • ma jattendux laqgħat tal-istaff, lanqas jekk it-tfal jintbagħtu kmieni d-dar
  • ma jaħdmu xejn xogħol relatat ma’ dawn il-laqgħat
  • mhux se jattendu sessjonijiet ta’ żvilupp professjonali
  • ma jiġbrux flus
  • mhux se jużaw tagħmir għal tagħlim elettroniku, bħall-Fronter, Klikks jew Edmondo
  • ma jiktbux il-pjan għall-ġurnata jew għall-ġimgħa
  • xejn xogħol relatat ma’ Ppjanar għall-Edukazzjoni Individwali (IEPs)
  • xejn xogħol relatat ma’ karti tal-eżamijiet
  • xejn laqgħat barra mill-iskola
  • ma jaċċettawx żjajjar waqt il-lezzjoni, u jekk jiġu joħorġu mill-klassi
  • xejn laqgħat tas-surmastrijiet

L-MUT enfasizzat li dawn id-direttivi japplikaw lil dawk li jaħdmu fil-livelli kollha, inklużi l-assistenti fil-kindergartens u fl-iskejjel primarji u sekondarji, għalliema, kapijiet tad-dipartimenti, assistenti surmast u anki uffiċjali edukativi, fost oħrajn.
Iċ-ċirkolari jtemm jassigura l-protezzjoni kollha lil kull min se jimxi ma’ dawn id-direttivi tagħha, anki jekk ma jkunx membru.