X’ma għandekx tagħmel jekk jisirquk ħdejn ATM…

Veru li jekk tkun qed tiġbed il-flus minn ATM u ddaħħal il-pin bil-kontra l-magna żżommlok il-card u tallarma l-Pulizija?

Skont post li qed tiċċirkola mill-ġdid fuq il-midja soċjali ħafna qed jaħsbu li tista' tuża din il-miżura ta' sigurtà f'każ li xi ħadd jiġi jipprova jisirqek waqt li tkun qed tiġbed il-flus.
Kelliema għall-BOV qalet ma' Newsbook.com.mt li din mhi xejn għajr skema falza li reġgħet qed tiċċirkola fuq il-midja soċjali u li tintuża biex tagħti sens falz ta' sigurtà lill-pubbliku.