X’kont tagħmel kieku inzertajtu fit-triq?

Xena kemmxejn barra mill-ordinarju ħalliet bosta Maltin imbellħin hekk kif barri ddeċieda li joħroġ ħarġa madwar iż-Zejtun.
F’filmat li ġie ċċirkolat fuq Facebook jidher barri jiġri fi triq kontra t-traffiku.
Filwaqt li kien hemm bosta nies li ħadu l-każ b’ċajta, oħrajn dehru allarmati bil-preżenza tal-barri fit-triq u nsistew li dan huwa annimal perikoluż u għaldaqstant m’għandux ikun qed jiġġerra fit-toroq.