X’kellhom komuni fl-2015 Johnny Depp, George Clooney u Chris Hemsworth?

Films li fihom dehru Bradley Cooper, Johny Depp, Chris Hemsworth u George Clooney huma fost dawk li ma għamlux suċċess fl-2015.
Skont ir-rivista Amerikana Forbes, l-iktar film li ma għamilx suċċes huwa Rock the Kasbah li fih dehru Bill Murray, Bruce Willis, Kate Hudson u Zooey Deschanel.
Forbes stima li l-ispiża tal-film kienet ta’ ftit iktar minn €14m, madanakollu biegħu biljetti bi ftit inqas minn €3m.
Fit-tieni post ġie kklassifikat The Gunman bis-sehem ta’ Sean Penn, li sewa €38m filwaqt li biegħu biss b’€10m f'biljetti.
It-thriller Blackhat, bil-parteċipazzjoni ta’ Chris Hemsworth ġie kklassifikat fit-tielet post.
Lanqas Clooney ma rnexxilu jsalva il-film ta’ Disney, Tomorrowland, li kellu l-budget ta’ €197m.
Tomorrowland irreġistra li biegħ biljetti b’€179m.
Mortdecai, li fih dehru Johnny Depp u Gwyneth Paltrow, ikklassifika fl-10 post wara li nefqa tiegħu kienet ta’ €56.6m u nbigħu b’ €44.6m biljetti.
Iktar informazzjoni dwar il-15-il film li ma għamlux suċċess tinsab fit-tabella.