X’jista’ jxekklek milli tieħu l-mediċina kif suppost?

L-Assoċjazzjoni tal-Epilessja fi ħdan il-Caritas se torganizza laqgħa ta’ informazzjoni dwar x’jista’ jxekkel persuna milli tieħu l-mediċina rakkomandata kif sippost.
Għal dil-laqgħa l-kelliema ewlenija se tkun Marion Zammit, spiżjara li ħadmet f’bosta spiżeriji, u x-xogħol preżenti tagħha huwa li tiżgura s-sigurtà u l-effikaċja tal-apparat u l-mediċini li l-pazjenti jiltaqgħu magħhom.
Il-laqgħa, li normalment issir kull xahrejn, se ssir nhar il-Ġimgħa li ġejjin fis-6pm, il-Caritas fi Triq l-Iljun, il-Furjana.
Kulma jingħad waqt din il-laqgħa se jkun qed jinżamm kunfidenzjali.
Biex tkun taf aktar dwar dil-kundizzjoni tista’ tibgħat imejl fuq maltaepilepsy@gmail.com
Il-Caritas fakkret fi stqarrija li l-laqgħat li jmiss se jkunu fil-15 ta’ Settembru u l-10 ta’ Novembru.