X’jimpurtah mill-Highway code?

Liema hi l-akbar problema f'Malta it-traffiku jew is-seqan bl-addoċċ?
Ritratti li juru karozza pparkjata fuq bankina fil-Qawra ħolqu furur sħieħ fuq il-midja soċjali.
Persuna li tellgħet ir-ritratti fuq Facebook qalet li dak il-ħin inzertat għaddejja xarabank mimlija turisti li baqgħu mistgħaġba hekk kif raw lis-sewwieq tal-karozza jieqaf fuq zebra cross u jipparkja fuq il-bankina.
L-istess persuna kkonfermat li s-sewwieq għamel madwar kwarta pparkjat fuq il-bankina sakemm mar jagħmel qadja.
Diversi persuni esprimew it-tħassib tagħhom dwar is-sigurtà fit-toroq Maltin, hekk kif għalkemm il-problema tat-traffiku u l-ipparkjar qed dejjem tiżdied, qed jiżdied ukoll il-periklu minħabba n-nuqqas t’osservazzjoni tar-regoli tat-traffiku mis-sewwieqa.
Ritratt: Mister Dee