X’għandu jagħmel min jieħu l-pilloli tal-għadam u jagħti d-demm?

Dawk il-persuni li jieħdu mediċini tal-għadam għandhom jikkonsultaw mat-tobba taċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm qabel jersqu biex jagħtu d-demm.
Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm spjega li dan minħabba li mhux il-mediċini kollha li jittieħdu għas-saħħa tal-għadam jaqgħu taħt l-istess kategorija.  
Sadanittant dawk kollha li jixtiequ jagħtu d-demm jistgħu jmorru fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamanġa li jiftaħ kuljum bejn it-8am u s-6pm.
Nhar il-Ħadd li ġej se jsir għoti tad-demm fil-Każin tal-Banda Duke of Connaught’s Own fil-Wied ta’ Birkirkara bejn it-8.30 u s-1pm.
F’Għawdex, id-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali se jkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm nhar it-Tlieta li ġej mis-1pm sal-5pm.
Wieħed għandu jieħu miegħu l-karta tal-identità.