X’għandu għalina t-temp f’Settembru?

Jekk tħobb ix-xita se jkollok tistenna xi ftit.
Skont FirstMalta Settembru jidher li se jkun sħun u nixef.
Dan hekk kif aktarx l-ewwel maltempata kbira se tagħmel f’Ottubru fil-qalba tal-istaġun tal-ħarifa.
Ottubru huwa famuż għall-Maltempati bir-ragħad qawwija, u din is-sena l-Mediterran huwa ħafna iktar sħun mill-medja u għalhekk malli massa ta’ arja friska tinżel lejn Malta, il-maltemp se jkun pjuttost qawwi.
FirstMalta spjegat li filwaqt li fil-previżjoni tagħha qed tgħid li x-xita fadalla biex tibda u aktarx li jkollna Settembru xott, ippreċiżat li qed nistennew livelli ta’ xita għoljin, hekk kif kien ġara fl-2003 u fl-2012.
Żiedet tgħid li qed nistennew li Settembru jkun pjuttost xott, iżda se jkollna livelli tajbin ta’ xita fix-xhur ta’ wara.