X’għandhom komuni George W. Bush, Michael Jackson u Britney Spears?

Wikipedia għalaq 15-il sena, u għal din l-okkażjoni ġew ippubblikati liem paġni u artikli kellhom l-iktar tibdiliet fihom matul is-snin.
Fl-ewwel post hemm il-paġna ta’ George W. Bush, b’45,862 tibdila.
Fit-tieni post hemm il-paġna tal-WWE (sport tar-wrestling), u fit-tielet il-paġna tal-Istati Uniti.
Fost l-iktar 15-il paġna popolari hemm ukoll Michael Jackson, il-Knisja Kattolika, Ġesù, Barack Obama, Adolf Hitler, Britney Spears, it-Tieni Gwerra Dinjija u l-Beatles.
Fuq is-sit ta’ informazzjoni hemm iktar minn 5 miljun artiklu, li kellhom iktar minn 808 miljun tibdil.
Kwalunkwe persuna tista’ tidħol fis-sit u tbiddel l-informazzjoni li jkun hemm mingħajr ħlas, kemm jekk ikun veru jew le.